Storja tan-nursery

Ufficjalment in-nursery tal-Qala Saint Joseph Football Club twaqqfet fis-26 ta’ Settembru 2006 fuq l-inizjattiva ta’ Jesmond Cefai. Il-kumitat tat-tîm tal-kbar mill-ewwel qabel ma’ din l-inizjattiva ghax hares ’il quddiem u ra kemm tkun haga ta’ gid li jinvesti fic-ckejknin taghna. Il-bidu ma kienx facli u l-ghajnuna kienet limitata. L-ewwel kumitat kien maghmul minn Jesmond Cefai bhala head coach, Philip Pisani bhala assistant coach u Dr Raymond C. Xerri bhala organizzatur. Wara li tqassmu fuljetti u applikazzjonijiet fid-djar tal-Qalin kien hemm rispons qawwi fejn fl-ewwel sena n-nursery, li kienet xi haga gdida fil-lokal, haddnet madwar 60 membru, bejn tfal u zghazagh. Dawn tqassmu skond l-età u beda jsir it-tahrig taghhom skond il-kategoriji. Inxtraw gerijiet, tracksuits u basktijiet ghat-tfal taghna, grazzi ghal diversi sponsors u ghal diversi attivitajiet li saru tul l-ewwel sena biex, mhux biss iservu ta’ fundraising ghan-nursery izda wkoll jghinu biex in-nursery gdida tigi introdotta lill-bqija tar-rahal tal-Qala.

Illum in-nursery kompliet tikber u din is-sena ghandna mhux biss mat-80 bejn tfal u zghazagh, izda ghall-ewwel darba fir-rahal taghna ghandna tîm tat-tfajliet. Grazzi ghall-impenn tal-kumitat prezenti n-nursery qed taghmel progress kontinwu!